Il-vittmi tal-MH17 ma batewx għax ma kellhomx ċans jaħsbu – Espert

Espert forensiku Awstraljan spjega li l-vittmi tat-titjira MH17 ma batewx fil-ħin tal-isplużjoni u fl-aħħar sekondi tagħhom fl-ajru.
David Royds professur fl-Università ta’ Canberra qal li jekk l-isplużjoni ma qatlitx lill-passiġieri kollha, it-temperaturi baxxi f’għoli ta’ 10,000 metru żgur wasslet għal mewta ħesrem.
Il-Professur spjega kif 10 kilometri ‘l fuq mill-art, l-isplużjoni tal-ajruplan fl-arja wasslet biex it-tempertatura fil-kabina niżlet għal anqas minn 50 grad celsius filwaqt li naqqset il-pressjoni tal-arja li tirriżulta f’nuqqas ta’ ossiġnu.
Royds spjega li l-kesħa qawwija wasslet biex il-passiġġieri jintilfu minn sensihom fi ftit sekondi. Żied jgħid li l-passiġieri ma batewx “għax ma kellhomx ċans jaħsbu fuq dak li kien qed jiġri.”