Il-vittmi tal-Covid-19 issa jista’ jsirilhom funeral f’24 siegħa

Funeral

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li l-linji gwida għad-dfin qed jiġu riveduti, billi issa l-familji se jkollhom ċans 24 siegħa biex jagħmlu funeral għall-qraba tagħhom li jmutu bil-coronavirus.

Wara proċess t’evalwazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-linji gwida fejn jidħol dfin ta’ persuni bil-COVID u li wasslet għar-reviżjoni tal-prassi eżistenti, Malta wkoll, wara evalwazzjoni interna, se tirrevedi l-proċess tad-dfin.

Minn issa ’l quddiem, il-qraba ta’ persuni li jkunu mietu bil-Covid-19 se jkollhom ċans sa 24 siegħa biex jidfnu lill-qraba tagħhom. Se jkun possibbli wkoll li jsir funeral, fi knejjes u postijiet ta’ qima, bl-istess regoli li hemm fis-seħħ fil-knejjes bħalissa.

Intervistat minn Fr Joe Borg ftit tal-jiem ilu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien ħabbar li l-miżuri fis-seħħ dwar il-funerali se jittaffew xi ftit.