“Il-vittmi tad-droga għandhom bżonn l-għajnuna u s-sapport”

Waqt  il-Laqgħa Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda dwar il-problema dinjija tad-droga, il-Ministru għall-Familja u l-Affarijiet Soċjali Michael Farrugia qal li l-vittmi tad-droga jridu l-għajnuna, is-sapport u trattamenti biex jgħinuhom jegħlbu l-problema tad-droga.
Tenna li l-abbuż tad-droga għandu konsegwenza negattiva kemm fuq l-individwu kif ukoll fuq is-soċjetà.
Spjega li bil-liġi tad-dekriminalizzazzjoni tad-droga, dawk li jieħdu d-droga mhux qed jiffaċċjaw sentenza mill-Qorti imma qed jidhru quddiem kummissajru tal-Ġustizzja u jekk ikun neċessarju jmorru quddiem bord ta’ esperti.
Spjega li l-borad għandu l-awtorità li jimponi programm ta’ riabilitazzjoni.
Tenna li minn din is-sena min jinqabad f’pusses ta’ żewġ grammi eroina, kokaina u żewġ piloli tal-ecstasy jingħata multa. 
Saħaq li m’hemmx toleranza mal-barunijiet tad-droga u dawk li jittrafikawha. 
Ritratt: MFSS