Read in English.
Il-vittma ta’ attakk b’martell fid-dar tagħha fil-Mellieħa ma tiftakarx x’ġara waqt l-inċident li fih spiċċat fil-periklu tal-mewt.
Ir-raġel tagħha kien tressaq b’arrest il-Qorti l-ġimgħa l-oħra u ġie akkużat b’attentat ta’ qtil fost akkużi oħra. Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest illum u qed ikompli jgħid li mhux ħati.
Akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ martu b’martell; iwieġeb mhux ħati
Illum il-mara, li għandha 61 sena, qalet li dakinhar sajret għar-raġel tagħha, marret tistrieħ ftit, u qamet f’sodda fl-isptar.
Il-martell li allegatament intuża fil-każ kien instab mill-Pulizija fuq il-post u ġie elevat bħala parti mill-investigazzjonijiet.
Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Mara fil-periklu tal-mewt wara daqqiet ta’ martell fil-Mellieħa