Il-Virtu Ferries tiffaċilita l-ħajja ta’ min jivjaġġa magħha lejn Sqallija

Virtu Ferries qalet li minħabba li Malta tifforma parti miż-Żona Schengen, li wieħed jivjaġġa bejn Malta u Sqallija hu faċli daqslikieku wieħed se jivjaġġa mill-Belt għall-Pietà.
Għal din ir-raġuni, u wara domanda kbira mill-klijenti tagħha, Virtu Ferries qalet li qed tintroduċi ideat ġodda biex tagħmel il-ħajja faċli għal min irid jivjaġġa lejn Sqallija.  
Il-Virtu’s KEEP IT SIMPLE travel policy fiha ħafna benefiċċji. Fosthom, Virtu Ferries qalet li ma hemm l-ebda penali fuq il-biljett meta passiġġier ma jippreżentax ruħu biex jivjaġġa, ma hemm l-ebda penali biex jinbidel l-isem fuq il-biljett tal-passiġġieri u ma hemm l-ebda penali biex jinbidel isem fuq il-biljett tax-xufier u tal-karozza jew biex tinbidel id-data tal-vjaġġ.
Virtu Ferries qalet ukoll li żewġt itfal taħt l-14-il sena jivjaġġaw b’xejn meta jkunu akkumpanjati minn żewġ adulti.
Dan minbarra benefiċċji oħra bħat-traħħis sostanzjali għal vetturi kummerċjali li ma jaqbżux il-5 metri u ħlas ta’ rati ta’ karozzi privati għal pick-ups, fost vannijiet oħrajn jekk ma jintużawx għal skopijiet kummerċjali.
Il-kumpanija temmet tgħid li kull ma hu meħtieġ biex wieħed jivjaġġa bil-“Jean De La Valette” lejn Sqallija, huwa dokument validu b’konformità mal-protokoll tal-embarkazzjoni.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt