Il-Viċi Prim Ministru jappella għall-ftehim dwar fondi Ewropej

Il-Viċi Prim Ministru Louis Grech talab għall-ftehim urġenti biex minn Jannar li ġej jibdew jiġu implimentati l-programmi ġodda ta’ fondi Ewropej.

Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali fi Brussell Louis Grech saħaq li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ma jistgħux jipposponu aktar biex jadottaw il-pakkett leġiżlattiv, għax dan il-ftehim huwa fl-interess tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha.

Il-Viċi Prim Ministru enfasizza li l-intenzjonijiet ta’ Malta huma li taħdem mal-Presidenza bil-għan li tagħlaq id-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew biex tasal għal dan il-ftehim.

 

Ritratt: Unjoni Ewropea