​Il-Viċi-President tal-Istati Uniti ma jattendix ikla ma’ uffiċjali tal-Korea ta’ Fuq

Il-Viċi-President tal-Istati Uniti Mike Pence ma attendiex għal ikla li saret qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa li għaliha kien se jattendi l-Kap tal-Istat tal-Korea ta’ Fuq.
Skont il-midja internazzjonali, din kienet mossa intenzjonata. Qabel l-ikla huwa ltaqa’ għal ftit mumenti mal-President tal-Korea t’Isfel u mal-Prim Ministru tal-Ġappun. Però, huwa injora lill-Kim Yong-nam li huwa l-Kap Ċerimonjali tal-Korea ta’ Fuq.
Skont l-uffiċju presidenzjali tal-Korea t’Isfel, Pence għażel li jmur jiekol mal-atleti ta’ pajjiżu minflok.
F’mument bla preċedent, il-President tal-Korea t’Isfel ħa b’idejn il-Kap tal-Korea ta’ Fuq. Skont il-midja internazzjonali, sa xahar ilu, ħadd ma seta’ jaħseb li dan kien ikun possibbli.