Filmat: Il-Via Crucis tal-Papa f’Ruma

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=5aPAoLbX2OI]

Ġiet fi tmiemha ċ-ċelebrazzjoni tal-Via Crucis li tmexxiet mill-Papa Franġisku fil-Kolossew, hi bbażata fuq il-ħajja personali tal-persuna li kitbitha.
Mas-sit cruxnow.com, Anne-Marie Pelletier, studjuża tal-Bibbja, spjegat kif l-idea tagħha kienet li tpoġġi lilha nfisha f’dan il-vjaġġ, biex tipprova timxi fil-passi ta’ Ġesù hu u tiela l-Golgota.
Il-Papa Franġisku kien talab lil Anne-Marie Pelletier biex taqsam ir-riflessjonijiet tagħha mal-udjenza internazzjonali. Hi hi l-ewwel mara miżżewġa, omm u nanna li se tkun kitbet il-meditazzjonijiet għal servizz tal-Papa.
Fil-passat, kittieba magħżula minn papiet kien ikollhom, jew l-14-il stazzjon tradizzjonali bil-pellegrini mexjin il-Via Dolorosa f’Ġerusalemm, jew inkella l-14-il stazzjon bibbliku użat minn San Ġwanni Pawlu II fl-1991. Id-differenza bejniethom hi li x-xena ta’ Ġesù jaqa’ u Veronika timsaħlu wiċċu qegħdin fid-devozzjoni tradizzjonali, iżda mhux fl-Evanġelji.
Anne-Marie Pelletier qalet li r-raġuni għalfejn għażlet li tpoġġi lilha nfisha f’dan il-vjaġġ kienet biex turi li l-imħabba hi b’saħħitha iktar minn kull ħażen. Saħqet li l-imħabba ssaltan mill-fatt li Alla hu rebbieħ fuq kollox u li hi temmen li xogħol il-Kristjan hu li jagħti xhieda ta’ dan.