“Il-verità u l-ġustizzja m’għandhomx żewġ uċuħ” – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) stqarrew li qed isegwu b’mod interessat l-iżviluppi dwar il-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant, u jappella għall-verità u l-ġustizzja fil-konfront ta’ dan l-iskandlu.

Il-partit jisħaq li r-rapport għandu jkun ppubblikat kollu, għax inkella dan in-nuqqas se jkompli jkabbar l-ispekulazzjoni li r-rapport verament fih informazzjoni li hi ta’ dannu għall-Prim Ministru jew għan-nies li qed jipproteġi.

Ikompli jżid li d-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li jappella kontra l-appell fil-Qorti Kostituzzjonali biex l-Imħallef Mizzi ma jkomplix jisma’ l-każ hija xiħaġa inkwetanti.

Finalment, l-istqarrija tikkonkludi bil-fatt li skont il-PD, issa aktar minn qatt qabel għandha ssir l-inkjesta independenti fi skandli oħra ta’ korruzzjoni.