Il-veduti minn fuq l-ogħla muntanji fid-dinja…mingħajr ma tivvjaġġa!

L-application tal-Google Maps Street View issa ma għadhiex biss limitata biex tara t-toroq ta’ postijiet li forsi tixtieq iżżur. Issa qed issir għodda biex persuni jesploraw partijiet tad-dinja li ħafna minnha ma għandhomx il-ħsieb li qatt iżuru f’ħajjithom. Fost dawn il-postijiet jista’ jkun hemm il-Grand Canyon, il-foresta tal-Amazon jew partijiet mill-Korea ta’ Fuq.

L-aħħar żvilupp tal-Google Maps Street View issa jippermetti li min jaċċessa din l-application sabiex jara l-veduta mill-ogħla muntanji fid-dinja. Fost dawn, il-Google nediet ritratti tal-veduti li jidhru mill-quċċata tal-muntanji tal-Everest u tal-Kilimanjaro, il-muntanja Elbrus li tinsab fir-Russja kif ukoll il-muntanja Arġentina ta’ Aconcagua.