“Il-vawċers tal-Gvern salvaw in-negozji tagħna” – ACE

Miguela Xuereb

Il-maġġoranza l-kbira tal-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) sostnew li l-vawċers tal-Gvern kienu kruċjali biex jibqgħu miftuħa.

Fi stqarrija, ACE ddeskriviet kif Il-maġġoranza tal-bejgħ matul l-aħħar ftit ġimgħat kienu kontinwament permezz tal-vawċers maħruġa mill-Gvern. Dan minkejja li s-settur għadu qed ikollu diffikultajiet ukoll minħabba żieda fl-ispejjeż relatati mal-miżuri tal-pandemija, bejgħ imnaqqas u biża’. 

Minkejja dan, il-membri esprimew il-gratitudni tagħhom lejn il-Gvern li ħoloq dan l-inċentiv għall-konsumaturi li “wassal fost oħrajn biex jiġu ffrankati eluf ta’ impjiegi”.

Sabiex titjieb is-sitwazzjoni fis-settur tal-istabbilimenti tal-ikel, ACE qed tirrakkomanda aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ kera u utilità.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn