It-tfal qed ibatu – Il-Vatikan u l-Messiku

Il-Vatikan u l-Messiku qed jilmentaw mill-mod kif huma t-tfal l-aktar li qed isofru mill-fenomenu tal-immigrazzjoni hekk kif l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump qed tadotta politika li tifred it-tfal mill-ġenituri tagħhom fuq il-fruntiera mal-Messiku. Il-Papa Franġisku sejjaħ din il-politika “immorali”.

Il-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti kkundannat u sejħet bħala “immorali” l-politika tal-amministrazzjoni Trump.

F’rapport annwali li ħareġ kmieni din il-ġimgħa, l-istess Uffiċċju qal li saru 728,470 talba għall-protezzjoni internazzjonali s-sena li għaddiet meta mqabbel mill-1.3 miljun talba tas-sena ta’ qabel. 30% ta’ dawn it-talbiet kienu ġejjin minn ċittadini ta’ pajjiżi mifnija bil-gwerer bħalma huma l-Afganistan, is-Sirja u l-Iraq.  Barra minn dan għad hemm madwar 950,000 applikazzjoni li għad iridu jkunu proċessati, il-parti l-kbira minnhom fil-Ġermanja.