Il-Vatikan se jkollu ‘domain’ tiegħu fuq l-internet

Is-siti elettroniċi tal-entitajiet Kattoliċi madwar id-dinja dalwaqt jistgħu jibdew jispiċċaw l-indirizz elettroniku tagħhom bil-kelma “.catholic”. Dan hekk kif il-Vatikan xtara d-drittijiet mingħand l-assoċjazzjoni tal-internet li tikkontrolla dawk li huma magħrufa bħala d-domains fuq l-internet.

Tħabbar li l-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali tal-Vatikan irċieva l-konferma li dan id-domain bil-kelma “.catholic” jista’ jibda jintuża. Dan il-Kunsill japprova wkoll l-applikazzjonijiet li jidħlu minn siti elettroniċi madwar id-dinja sabiex ibiddlu l-indirizz elettroniku tagħhom.