Il-Vatikan kontra l-piena tal-mewt f’kull każ

Il-Knisja Kattolika Rumana biddlet it-tagħlim tagħha u ddikjarat li l-piena tal-mewt mhix tollerata tkun xi tkun iċ-ċirkostanza, mossa li x’aktarx titqies bħala sfida għal pajjiżi fejn il-piena kapitali hija legali.

Il-Knisja Kattolika, li għandha iktar minn 1.2 biljun membru, ippermettiet il-piena tal-mewt f’każijiet estremi għal sekli, iżda l-pożizzjoni bdiet tinbidel taħt il-Papa Ġwanni Pawlu II, li miet fl-2005.

Il-Vatikan qal li bidel il-katekiżmu universali tiegħu tat-tagħlim tal-Knisja, biex jirrifletti l-oppożizzjoni totali tal-Papa Franġisku għall-piena kapitali.