Il-Vatikan jimpjega konsulenta għal taħdidiet dwar it-tibdil fil-klima

Il-Vatikan se jkun qed jimpjega lil Naomi Klein biex tagħti l-għajnuna tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Klein hija waħda mill-iktar attivisti soċjali famużi madwar id-dinja u magħrufa għall-kritika tagħha tal-kapitaliżmu.
Flimkien mal-Kardinal Peter Turkson, Klein se tkun qed tmexxi konferenza dwar l-ambjent, li għaliha se jattendu nsara, xjentisti u attivisti.
Klein qalet li din l-istedina kienet sorpriża għaliha, iżda wriet li l-Knisja mhux se tieqaf titkellem dwar l-ambjent u l-ekonomija.
Il-konferenza se tkun iċċentrata fuq l-enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudate Si. Il-Papa se jasal New York fl-ewwel ġurnata tas-summiet tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn se jindirizza l-assemblea ġenerali dwar it-tibdil fil-klima.