Read in English.
Il-Qorti tal-Vatikan ikkundannat eks diplomatiku tas-Santa Sede għal ħames snin ħabs wara li sabitu ħati li kellu fil-pussess tiegħu u xerred kwantità ta’ ritratti pornografiċi tat-tfal. Dan kien l-ewwel ġuri ta’ dan it-tip li sar fil-Vatikan.
Mons. Carlo Alberto Cappella li serva bħala Kunsillier fin-Nunzjatura Appostolika f’Washington, ammetta li ra dawn ir-ritratti f’dak li hu ddeskriva bħala “żmien ta’ fraġilità u kriżi interna.”
Il-ġuri li dam sejjer jumejn sab lill-Monsinjur – li għandu 50 sena – ħati u kkundannah għal ħames snin ħabs u multa ta’ €5,000. Hu se jiskonta s-sentenza fil-ħabs tal-Vatikan fejn ilu miżmum mis-7 ta’ April li għadda meta kien arrestat wara li ssejjaħ lura minn Washington.