Il-Vatikan jikkritika rapporti mhux veritieri dwar ir-riżenja tal-Papa

Ħamest ijiem bogħod mill-ġurnata li se tara lill-Papa Benedittu XVI iċedi s-sede tiegħu bħala Kap tal-Knisja universali, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi ikkritika ċ-ċirkolazzjoni ta’ stejjer mhux verifikabbli fl-aħbarijiet, li qal li jikkaġunaw ħsara serja lil diversi persuni u istituzzjonijiet. Dan intqal in vista ta’ rapporti marbutin ma’ raġunijiet għar-riżenja tal-Papa Benedittu XVI, ewlenin fosthom każijiet ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru.

Patri Lombardi żied li f’dawn il-jiem, l-iktar essenzjali għall-kattoliku huwa t-talb għall-Papa Benedittu XVI, it-talb sabiex l-Ispirtu s-Santu jdawwal lill-Kulleġġ tal-Kardinali u t-talb għal min se jintagħżel biex iservi lill-Knisja bħala Papa, suċċessur tal-Kardinal Ratsinger.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.