Il-Vatikan ikkonferma li żewġ isqfijiet Ċiniżi se jattendu s-Sinodu

Il-logo tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ li fetaħ dalghodu f'Ruma

Il-Vatikan ikkonferma l-preżenza ta’ żewġ Isqfijiet miċ-Ċina biex jieħdu sehem fl-Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar “Iż-żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali” li fetaħ illum f’Ruma u jibqa’ sejjer sat-28 ta’ dan ix-xahar.

Waqt konferenza stampa mogħtija mis-Segretarju tas-Sinodu u prelati oħra, il-Kardinal Lorenzo Baldisseri qal li osservaturi żgħażagħ minn madwar id-dinja, 36 żagħżugħ/a se  jattendu għas-Sinodu.  Se jkun hemm ukoll seminaristi u rappreżentanti żgħażagħ tal-ħajja konsgrata.

“Dawn se jkunu qed jisimgħu u jkunu jistgħu jitkellmu darba bħal kull Isqof. Imbagħad ikunu preżenti wkoll fi gruppi żgħar fejn ikunu jistgħu jagħtu l-fehma tagħhom. Il-preżenza tagħhom hi  importanti. Dawn se jkunu l-protagonisti”, qal il-Kardinal Rocha, ir-rapporteur tas-Sinodu.

Il-Kardinal Baldisseri qal li “Se naqsmu liż-żgħażagħ fi gruppi ta’ studju żgħar. Skont ir-regola dawn il-gruppi jridu jkunu bejn 40 u 50 persuna.  Tagħna se jkunu gruppi ta’ 49 persuna’. Qal li hemm sistema ta’ media soċjali li ż-żgħażagħ jistgħu jinteraġixxu mal-Isqfijiet Sinodali.  Kull ġurnata, osservatur żgħażugħ jitkellem fil-bidu ta’ kull sessjoni qabel kulħadd.”

Il-kardinal ħabbar ukoll li nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru se jkun hemm Youth Festival li għalih se jattendu wkoll il-Papa u l-Isqfijiet.

“Il-Papa, b’żewġ Isqfijiet Ċiniżi jipparteċipaw f’din il-laqgħa importanti, se jkun jista’ jgħid li llum iċ-Ċina għandha episkopat magħqud mas-Santa Sede,” qal il-Kardinal. Permezz tal-Ftehim Provisorju milħuq bejn il-Vatikan u ċ-Ċina issa hemm seba’ Isqfijiet li huma leġittimi. Għal dawn il-laqgħat is-Santa Sede dejjem stiednet Isqfijiet Ċiniżi imma sal-lum qatt ma setgħu jattendu.

Meta ċurnalist staqsa kif l-Isqfijiet Ċiniżi  li se jieħdu sehem fis-Sinodu kienu magħżula, il-kelliem tal-Vatikan qal li dawn kienu mistiena mill-Papa għax minħabba s-sitwazzjoni kumplessa li għad hemm, il-Papa ddeċieda  li jieħu dan il-pass, stedinhom u qegħdin f’Rum