Read in English.
Ħames każijiet tal-varjant tal-coronavirus li nstab l-ewwel fir-Renju Unit issa nstabu fil-Ġappun.
Il-ġurnal Ingliż The Guardian irrapporta li l-ħames persuni li nstab li għandhom il-varjant tal-coronavirus kollha kienu rritornaw mir-Renju Unit. Huma qegħdin kwarantina, u l-awtoritajiet Ġappuniżi qegħdin jippruvaw jittraċċaw il-kuntatt li kellhom dawn il-persuni.
Il-Ġappun diġà pprojbixxa li jaslu aktar nies mir-Renju Unit, ħlief għall-Ġappuniżi stess u dawk li joqogħdu fil-pajjiż.
Ir-Russja huwa l-aħħar pajjiż li addotta miżuri aktar ħorox ta’ kwarantina għal dawk ġejjin mir-Renju Unit. Dan il-varjant il-ġdid iżola lir-Renju Unit mill-bqija tad-dinja, imma mhux il-pajjiżi kollha pprojbixxew lil dawk ġejjin mir-Renju Unit kompletament.
Il-vaċċin għadu ma ġiex approvat mir-regolaturi fil-Ġappun, allura għalissa l-awtoritajiet għadhom qegħdin jitħabtu biex jikkontrollaw l-imxija tal-coronavirus.