Il-VAR tammetti bl-iżball li ma keċċietx lil Lo Celso

Il-VAR ammettiet li għamlet żball meta ma keċċietx lill-plejer ta’ Tottenham Giovani Lo Celso wara li weġġa’ lil Cesar Azpilicueta. Chelsea rnexxielhom jirbħu l-logħba bl-iskor ta’ 2-1.

It-tappini tal-midfielder baqgħu diħlin f’sieq id-difensur ta’ Chelsea. L-inċident ħallih bi wġigħ kbir f’siequ. Jidher iżda li ma weġġax b’mod gravi. Ir-referee Michael Oliver ma ħax azzjoni b’mod immedjat u l-VAR reġgħat rat l-inċident għal numru ta’ drabi minn diversi angoli.

Huma kkonkludew li Lo Celso ma kellux jitkeċċa u lanqas biss jaqla’ karta safra. Oliver lanqas biss ħass il-bżonn li jiċċekkja l-inċident mal-iscreen li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu.