​Il-VAR posposta b’sena fl-Ingilterra

Skont il-ħarġa tal-bieraħ tal-gazzetta Brittanika The Times, il-Premier League Ingliża ddeċidiet illi tipposponi b’sena l-introduzzjoni tal-Video Assistant Referee magħrufa aħjar bħala l-VAR.
Dan ifisser illi mill-istaġun illi ġej se jsiru biss xi partiti bi prova b’din it-teknoloġija l-ġdida sabiex eventwalment din tidħol fis-seħħ matul l-istaġun 2019-2020.
Din id-deċiżjoni kemmxet xofftejn diversi segwaċi tal-futbol Ingliż minħabba l-fatt illi din is-sistema qed tapplika f’diversi pajjiżi minn dan l-istaġun fosthom fl-Italja u fil-Ġermanja apparti l-fatt li se tibda tintuża wkoll fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja f’Ġunju li ġej.