Juventus spiċċaw fi ġabu d-draw fl-aħħar minuta tal-logħba kontra AC Milan li kienu qed jilagħbu b’10 irġiel. Din kienet il-logħba mill-ewwel leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia.
Ronaldo xxutja l-ballun minn rabuxxata u l-ballun ħabat ma’ id Davide Calabria ta’ Milan. Dak il-ħin li mblokka l-ballun b’idu, Calabria lanqas biss kien qed iħares lejn Ronaldo. Ir-referee injora l-protesti tal-plejers ta’ Juventus iżda d-deċiżjoni ttieħdet mill-VAR.
Ronaldo dawwar il-penalty f’gowl b’kunfidenza kbira fuqu. Dan jagħmlu t-35 penalty li skurja mill-35 penalty li ta kemm mal-klabb kif ukoll ma’ pajjiżu.
Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu f’Turin nhar l-4 ta’ Marzu biex jikkompetu għal post fil-finali.