Il-VAR fiċ-ċentru tal-attenzjoni waqt il-logħba ta’ City

Il-VAR waslet ukoll fil-Premier League, u kif kien mistenni, diġà qed toħloq diskussjonijiet bejn il-partitarji. Wara d-debutt kwiet tal-VAR nhar il-Ġimgħa, spiċċat fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-logħoba tas-Sibt bejn West Ham u Manchester City.

Kmieni fit-tieni taqsima, Raheem Sterling lagħab il-ballun lejn Gabriel Jesus biex dan kemm imissu u jidħol fix-xibka. Waqt li l-attakkant Brażiljan beda jifraħ, tela’ messaġġ fuq l-iscreen gejn qal li hemm bżonn li jiċċekkjaw mal-VAR. Il-gowl spiċċa tħassar għax Sterling kellu spalltu offside. Il-biċċa mill-filmat fejn wera dan, intwera fuq l-iscreen tal-grawnd.

Il-Premier League għamlu sentejn josservaw kif tintuża l-VAR waqt li ntużat f’kompetizzjonijiet oħra, inkluż fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa u fl-FA Cup.