Il-vapuri tal-Gozo Channel dalwaqt jitranġaw jew jinbidlu – Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-vapuri tal-kumpanija Gozo Channel dalwaqt jitranġaw jew jinbidlu.
Dan qalu waqt attività politika llum f’lukanda f’Marsalforn, f’Għawdex.
Il-Prim Ministru qal li Għawdex ma jistax jistenna sakemm issir il-mina biex ikompli jiżviluppa. Qal li hemm bżonn li ssir il-fast ferry.
"Għandna ir-replenishment tal-vapuri ta' Għawdex li dalwaqt wasslu, biex ngħidu hekk, biex jinbidlu" qal Muscat.
Saħaq fuq l-importanza li l-flotta tal-vapuri tkun tista’ tlaħħaq mal-ammont ta’ turisti li qed imorru lejn Għawdex. Qal li l-kjuwijiet qed ikunu twal.
Il-mina
Fi kliem Muscat “Il-proġett tal-mina miexi skont kif ippjanat fejn bħalissa għaddejjin studji ma’ kumpanija Taljana fejn qed jipproġettaw eżatt minn fejn se tgħaddi l-mina”. Qal li huwa konvint li “f’din il-leġiżlatura x-xogħol fuq il-mina jkun beda.”
Kontijiet
Dwar il-kontijiet tad-dawl, Muscat qal li talab review f’każ ta’ anomaliji. Tenna li l-konitjiet huma orħos.
Xogħol
Muscat qal li l-wiegħda tal-Gvern ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin qed tintlaħaq. Qal li tnejn minn kull tliet impjiegi li nħolqu f’Għawdex huma fil-privat.
Saħħa
Dwar il-proġett tal-isptar u Barts qal li dan miexi fil-linja maħsuba għalih. Qal li beda xogħol li ma jidhirx.
Ritratt: Partit Laburista