Il-vapur-sptar “Papa Franġisku” se jaqdi żoni fil-Brażil milħuqa biss mix-xmajjar

Il-vapur-sptar "Papa Franġisku" li se jaqdi popli fl-Amazonia li jisgtgħu jintlaħqu biss mix-xmajjar

Il-Patrijiet Franġiskani ta’ Assisi u l-assoċjazzjoni tal-lajċi li jakkumpanjawhom qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet biex ix-xahar id-dieħel ivaraw il-vapur-sptar “Papa Franġsku” li għandu jwassal il-Vanġelu filwaqt li joffri għajnuna medika lil aktar minn 700,000 abitant fl-inħawi tal-Amazonia fl-istat ta’ Parà, li jistgħu jintlaħqu biss permezz tax-xmajjar.

L-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES, il-vapur li hu twil 32 metru se jkollu fuqu sptar fuq il-baħar, komplet bl-aktar apparat modern biex isiru djanjosijiet, ikun hemm, jingħata trattament mediku meħtieġ, u jsiru fuqu operazzjonijiet fl-oqsma tal-oftalmoloġija, kirurġija, analiżi tal-laboratorju, spiżerija, kamra għa-tilqim, makkinarju tar-radjoloġija u apparat tal-ultrasound, mammografija u servizzi anċillari.

Żewġ laneċ ambulanzi

Il-vapur-sptar se jitlaq mill-Port ta’ Obidos b’ekwipaġġ ta’ 10 persuni, fosthom reliġjuż, u 20 tabib u paramediċi volontarji.  Se jibda bi spedizzjoni ta’ ta’ għaxart ijiem li matulhom mistenni jżur numru ta’ żoni kostali b’żewġ laneċ-ambulanzi biex ikunu eżaminati l-kundizzjonijiet tas-saħħa f’kull żoni u jaqdi xi emerġenzi jekk ikun hemm bżonn.

Fi żmien ta’ għargħar, il-vapur jista’ jintuża wkoll gżas-salvataġġ.

L-inizjattiva ta’ dan il-vapur-sptar bdiet miż-żjara li Papa Franġisku kien għamel fil-Brażil  fl-2013 għall-Jum Dinji taż-Żgħażgħ. Dakinhar il-Papa kien staqsa lil Patri Frnacisco Belotti jekk il-Patrijiet Franġiskani kienu preżenti fl-Amazonia. Ir-risposta kienet fin-negattiv u l-Papa wieġbu: “Mela ikollkom tmorru”.

Minn dakinhar il-Patrijiet Franġiskani ħadu f’idejhom żewġ sptarijiet li kienu magħluqa. Iżda mill-ewwel indunaw li l-popli li jgħixu max-xtut tax-xmara kellhom diffikulta kbira biex jaslu sal-isptarijiet u allura fehmu  “li l-unika soluzzjoni kienet li nagħmlu sptar li jmur għandhom hu flok jiġu huma.”

Kura dinjituża

Il-ħidma tal-vapur-sptar se tkun koordinati minn Patri li jkun ingarikat li jwassal il-Kelma t’Alla lill-popli li jżur il-vapur u jassigura li dawn jingħataw kura u għajnuna b’mod dinjituż u umanitarju.

Il-vapur-sptar inbena fl-għajnuna ta’ ftehim bejn il-Patrijiet Franġiskani u l-Istat li għadda l-flus li daħħal bħala kumpens mill-kumpannija Shell Chimica u Basf SA, għall-inċident ambjentali  li kien seħħ u li kien ħalla 60 persuna mejta u għamel ħsara ekoloġika kbira.