Il-vapur sptar “Papa Franġisku” jibda jaħdem fl-Amazonia

Il-vapur-sptar Papa Franġisku jasal fl-Amazonia biex jibda l-missjoni tiegħu

Ftit ġimgħat qabel fil-belt tal-Vatikan jibda s-Sinodu tal-Isqfijet dwar l-Amazonia, il-vapur sptar “Papa Frnġisku” wasal fiz-zona tal-Amazonia biex jibda joffri servizzi mediċi f’dawk iż-żona li jistgħu jintlaħqu bisss mill-baħar.

F’ċerimonja li fiha kien varat il-vapur, inqrat ittra mibgħut mill-Papa Franġisku li fiha esprima s-sodisfazzjoni kbir tiegħu u ngħaqad ma’ dawk li kienu qed jieħdu sehem “f’dan il-mument sabiħ ta’ ringrazzjament lil Alla.  Hu qal li dan il-vapur-sptar

Il-Papa fakkar li dan il-vapur–sptar se jwassal il-Kelma t’Alla u joffri servizzi u kura medika aħjar lill-poplu vermanet fil-bżonn f’żona tal-Amazonia li tstendi għal madwar elf kilometru.

Tweġiba għal sejħa t’Alla  

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa Franġisku żied jgħid li “barra milli hu ġest sabiħ  u konkret fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Amazonia, dan l-isptar tax-xmara hu qabel kollox tweġiba għas-sejħa t’Alla li jkompli jibgħat lid-dixxipli tiegħu biex iħabbru s-Saltna t’Alla u jfejjqu lill-morda”.

Fil-fatt, qal il-Papa, il-missjoni ewlenija ta’ dan il-vapur-sptar hi li jippromwovi ‘Il-ħajja abbundanti” li Ġesù joffri lill kull wieħed u waħda minnha.

Vatican News li xandar l-ittra tal-Papa qal li fiha, l-mexxej tal-Knisja Kattolika qabbel il-Knisja ma’ “sptar li jilqa’ lil kulħadd bla distinzjoni jew kundizzjoni” u sostna li permezz ta’ din l-inizjattiva ġdida, il-Knisja tista’ tidher ukoll bħala “sptar fuq l-ilma”.

Sinjal ta’ fidi u solidarjetà

“Hekk kif Kristu meta deher miexi fuq l-ilma, ikkalma t-tempesta u saħħaħ il-fidi tad-dixxipli, dan il-vapur-sptar se ġġib serġan kemm spiritwali u tikkalma l-inkwiet ta’ dawk in-nies fil-bżonn tal-għajnuna li huma mitluqa għal rashom”. Kiteb Papa Franġisku.

Il-Papa temm l-ittra tiegħub’ringrazzjament lill-Isqof Bernardo Bahmann ta’ Obidos, fil-Brażil, li kien il-bniedem ewlieni li ppropona din l-inizjattiva tal-vapur-sptar flimkien mal-Franġiskani tal-Providenza għal “dan is-sinjal sabiħ ta’ fidi u solidarjetà nisranija”.