Il-vapur sospiż għal xi ħin fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena

Fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena, il-vapur t’Għawdex se jkun sospiż għal xi ħin.

Il-Gozo Channel ħabbret illi se tissospendi s-servizz tagħha bejn il-11.35am u t-3pm. Dan sabiex l-impjegati tal-kumpanija jkunu jistgħu jgawdu xi ħin mal-familji tagħhom fil-festi.

B’hekk, fil-jumejn imsemmija, il-vjaġġi tal-11.35, ta’ 12, tas-12.45, tas-1, tas-1.30, tas-2 u tas-2.30 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12.15, tas-12.45, tas-1.30, tas-1.45, tas-2.15, tat-2.45 u tat-3.15 miċ-Ċirkewwa mhumiex se jsiru.

Il-Gozo Channel wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li jkollhom jaħdmu anke fil-festi.