Il-vapur Aquarius jerġa’ jsalpa wara d-diżgwid bejn Malta u l-Italja

FILE PHOTO: The Aquarius. REUTERS/Heino Kalis/File Photo

Il-bastiment Aquarius, is-sors ta’ diżgwid bejn Malta u l-Italja f’Ġunju meta t-tnejn irrifjutaw 600 persuna li salva, se jaqbad triqtu lejn in-Nofsinhar tal-Mediterran fuq missjoni ġdida.

Din se tkun l-10 missjoni dis-sena. Il-bastiment salva iktar minn 3,000 persuna fl-2018.

id-diżgwid inqala’ meta l-Italja sostniet li Malta hi post sigur u l-iktar post viċin għal fejn salvaw lin-nies, għalhekk Ruma mhux se tkun qed toffri alternattivi. Però, Malta ma ħallitx il-bastiment jidħol fil-port Malti.

Madankollu, Spanja aċċettat li jieħdu dawn in-nies. Franza wkoll għenet billi ħadet numru ta’ immigranti sakemm “jilħqu l-kriterji tal-ażil” wara li l-awtoritajiet Spanjoli eżaminaw każ każ is-sitwazzjoni ta’ kull persuna abbord il-bastiment. 

Franza lesta tilqa’ wħud mill-immiganti li jinsabu fuq il-bastiment Aquarius. Dan sakemm “jilħqu l-kriterji tal-ażil” wara li l-awtoritajiet Spanjoli ser jeżaminaw każ każ is-sitwazzjoni tas-629 persuna abbord il-bastiment ġaladarba nhar il-Ħadd li ġej jirfsu l-art ta’ Valencia.

L-Aquarius huwa bastiment appoġġjat minn NGO li jwettaq operazzjonijiet ta’ salvataġġ.