Il-vapur abbandunat b’immigranti taħt kontroll Taljan

L-awtoritajiet Taljani, inkluż dawk tas-salvataġġ, irnexxielhom jieħdu l-kontroll tat-tieni vapur fi ftit jiem li ġie abbandunat b’mijiet ta’ immigranti fuqu.
Il-vapur Ezadeen, din id-darba b’bandiera ta’ Sjerra Leone, qed iġorr mal-450 immigrant, fil-parti l-kbira tagħhom mis-Sirja.
Jumejn ilu, l-awtoritajiet Taljani evitaw li sseħħ traġedja hekk kif irnexxielhom jiżblukkaw il-mutur u jibdlu r-rotta ta’ bastiment ieħor, b’madwar 1,000 immigrant, li tħalla jsalpa waħdu b’veloċità kostanti.
Anke f’dan il-każ, il-vapur qed iġorr għadd ta' nisa u tfal, u l-allarm ingħata minn passiġġier abbord li rnexxielu juża r-radju tal-vapur.