Il-Vanġelu hu Programm għall-Ħajja

Il-Papa waqt l-Omelija fil-qudiesa għal Caritas Internationalis

F’quddiesa li ċċelebra għal membri tal-Caritas Internazzjonali li kienu qed jiltaqgġu fil-21 Assemblea Ġenerali tagħhom, il-Papa Franġisku nsista li l-Evanġelju hu Programm għall-Hajja.

It-tema tal-Laqgħa Ġenerali hi “Familja Umana Waħda, Dar Komuni Waħda”. Din hi ispirata mill-Enċiklika ta’ Papa Franġisku, Laudato Si.

Fl-omelija tiegġu l-Papa fakkar lil dawk preżenti għall-quddiesa li Alla għażel li jibgħat lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinha.

Il-foqra huma Tabernakli ħajja

“Ingħaqdu f’imħabbti” jgħidilna Ġesù fl-Evanġelju. “Kif se nagħmlu dan? Hu meħtieġ li nkunu qrib Tiegħu, naqsmu l-hobż”. Il-Papa ħeġġeġ lill-insara biex jagħmlu dan billi jmorru quddiem it-Tabernaklu u quddiem il-ħafna tabernakli ħajja li huma l-foqra tagħna”.

“L-Ewkaristija u l-foqra, Tabernaklu fiss u Tabernaklu mobbli: hemmhekk wieħed jingħaqad fl-imħabba u jadotta l-mentalità tal-qsim tal-ħobż. Hemmhekk wieħed jifhem “il-kif” li dwaru jitkellem Kristu “Kif il-Missier ħabb lili hekk jien inħobb lilkom”.

Il-Papa mbagħad staqsa lil dawk preżenti: “Il-Missier kif ħabb lil Ġesù?” “Tah kollox, ma żammxejn għalih innifsu”, wieġeb il-Papa filwaqt li fakkar li “dan ngħiduh fil-Kredu: “Alla minn Alla, dawl minn dawl”, Hu tah kollox.”

Ningħaqdu ma’ Kristu

“Meta aħna nibqgħu lura milli nagħtu, meta moħħna biex niddefendu l-interessi tagħna nfusna ma nkunux qed nimitaw lil Alla, ma nkunux Knisja ħielsa li tillibera”.

“Ġesù jitlobna biex ningħaqdu miegħu mhux mal-ideat tagħna; li ma nippretendux li nistgħu nikkontrollaw u mmexxu aħna. Jitlobna nafdaw fl-oħrajn u nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn”, żied jgħid il-Papa.

Huwa temm l-Omelija tiegħu b’talba. “Ejjew nitolbu ‘l Alla biex jeħlisna mill-affarijiet tad-dinja, mit-tentazzjoni sottili li naduraw lilna nfusna u l-qlubija tagħna; ejja nitolbu għall-grazzja li naqbdu t-triq indikata mill-Kelma t’Alla: l-umiltà, l-għaqda, iċ-ċaħda.”