Il-valangi li ħasdu 250 ħajja f’nofs ta’ lejl

Fil-Kolombja qed tkompli t-tfittxija għal mijiet ta’ persuni li għadhom nieqsa wara li valangi kbar ħasdu l-ħajja ta’ aktar minn 250 persuna.
Fost il-persuni nieqsa hemm trabi u tfal. Mal-1,100 suldat u pulizija jinsabu fiż-żona.
Xita qawwija għarrqet il-belt ta’ Mocoa fix-xlokk tal-pajjiż bit-tajn u l-ġebel.
Żoni sħaħ indifnu taħt il-valangi u r-residenti ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom.
Mal-400 persuna oħra indarbu u madwar 200 huma stmati li għadhom nieqsa.
Filmati qed juru residenti jibku quddiem lista ta’ tfal neqsin, li twaħħlet mal-ħajt ta’ ċentru għall-ħarsien tal-familja.