Il-vaċċin Sputnik V jibda jitqassam fir-Russja

Il-vaċċin Sputnik V kontra l-coronavirus beda jitqassam lill-kliniċi tas-saħħa fir-Russja.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qed tirrapporta li l-vaċċin qed jitqassam lil 70 klinika.

It-tim ta’ azzjoni kontra l-Covid-19 li twaqqaf f’Moska qal li l-vaċċin l-ewwel se jkun disponibbli għat-tobba u l-ħaddiema tas-saħħa, għall-għalliema u għas-social workers, għax huma l-aktar nies li jkunu esposti għall-virus.

Il-vaċċin jidher li huwa 95% effettiv, u ma jidhirx li jwassal għal kumplikazzjonijiet sinfikanti. It-testijiet fuqu għadhom għaddejjin.

Jidher li fl-ewwel ħames sigħat, 5,000 persuna rreġistraw biex jieħdu l-vaċċin. Fost dawn il-persuni kien hemm għalliema, tobba u social workers.