Il-vaċċin kontra l-pnewmonja jipproteġik kontra l-coronavirus?

FILE PHOTO: A vial of the measles, mumps, and rubella (MMR) vaccine is pictured at the International Community Health Services clinic in Seattle, Washington, U.S., March 20, 2019. REUTERS/Lindsey Wasson/File Photo

Read in English.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tisħaq li l-vaċċin kontra l-pnewmonja, bħalll-pneumococcal u l-Haempohilus influenza type B (Hib), ma jipproteġux protezzjoni kontra l-coronavirus. 

Tispjega li dan il-virus hu ġdid u differenti, u għaldaqstant għandu bżonn vaċċin għalih. Ir-riċerkaturi qed jippruvaw jiżviluppaw vaċċin kontra l-COVID-19. Il-WHO qed tappoġġja din il-ħidma. 

Il-WHO tfakkar li għalkemm il-vaċċin li jingħata qabel l-istaġun tal-influwenza mhumiex effettivi kontra l-COVID-19, dawn huma rakkomandati biex jiġi evitat mard respiratorju ieħor. 

22ndMarch-WHO Coronavirus

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn