Il-US Open tista’ ssir wara bibien magħluqa?

Il-futur tal-US Open tat-tennis ta’ din is-sena mhux ser jiġi deċiż qabel Ġunju, iżda huwa “improbabbli ħafna” li l-logħob jintlagħa wara bibien magħluqa. L-Assoċjazzjoni tat-Tennis tal-Istati Uniti (USTA) waqqfet grupp ta’ pariri mediċi biex tgħinhom jiddeterminaw jekk hux se jkun sigur li jilagħbu t-turnament.

L-Open Amerikan għandu jibda fil-Flushing Meadows fi New York fil-31 ta’ Awwissu. Iżda meta aktar minn 10,000 persuna mietu  fil-belt minħabba l-koronavirus il-miżuri ta’ sospensjon ġew estiżi sal-15 ta’ Mejju u dan għandu mnejn jixħet dell fuq kemm il-US Open jista’ jsir.

Kważi tliet kwarti ta’ miljun persuna attendew l-US Open tas-sena l-oħra, u meta mistoqsi jekk għandhomx jilagħbu mingħajr nies, il-Kap Kżekuttiv tal-USTA, Mike Dowse, qal:

“Naħseb li din hija improbabbli ħafna. Logħob bla nies ma jkunx verament fl-ispirtu taċ-ċelebrazzjoni tat-tennis, u hitfa’ wkoll lura s-saħħa u l-benessri tal-plejers tagħna u ta’ dawk li jieħdu ħsieb dan il-kampjonat.”