Il-UPE tirrapporta każijiet tal-Covid-19 f’erba’ skejjel

Liceo Hamrun

Read in English.

Ftit jiem bogħod minn meta l-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti, l-unjin tal-edukaturi, il-UPE Voice of the Workers irrappurtat li taf b’erba’ każijiet pożittivi f’erba’ skejjel differenti. L-iskejjel ilhom magħluqa minn meta feġġgħet il-pandemija tal-Covid-19 f’Malta f’Marzu li għadda.

Il-UPE qalet li l-iskejjel huma:

  • L-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien
  • Il-Middle School tan-Naxxar
  • L-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca
  • St. Catherine’s High School

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni iżda sal-ħin tal-pubblikazzjoni għadu ma rċevix tweġiba.

F’diversi posts fil-midja soċjali l-unjin tat id-dettalji kif waslulha tal-każijiet differenti.

Fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien jidher li l-każ huwa marbut mal-klassi tal-Kindergarten. Fil-Middle School tan-Naxxar il-każ pożittiv instab mill-komunità tal-LSEs li jaħdmu f’dik l-iskola. Fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca l-każ huwa ta’ membru tal-istaff. Fl-iskola St. Catherine’s High School il-każ huwa ta’ student tal-Form 3.

Dwar l-aħħar każ, Newsbook.com.mt ra stqarrija tal-iskola St. Catherine’s High School li fiha jingħad li l-amministrazzjoni qalet li ma kienx każ ta’ “jekk” imma każ ta’ “meta” se tasal il-Covid fl-iskola. L-amministrazzjoni stqarret li l-każ ma ttieħidtx mill-iskola sempliċiment minħabba li l-każ tal-istudenta pożittiva bil-Covid ġie rrappurtat il-Ġimgħa bl-istudenta tattendi l-aħħar fl-iskola l-Erbgħa, jiġifieri jumejn qabel.

L-istudenti se jirritornaw fil-klassijiet tagħhom b’mod mqassam bejn is-7 u l-14 ta’ Ottubru.
Sal-14 ta’ Ottubru t-tfal kollha se jkunu daħlu l-iskola