Il-UPE mhix se tirtira d-direttiva biex edukaturi vulnerabbli jaħdmu mid-dar

L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) sostniet li mhix se tirtira d-direttiva biex l-edukaturi vulnerabbli jaħdmu mid-dar u ma jmorrux lura l-iskola ladarba din tiftaħ.

Fuq is-sit elettroniku tagħha, il-UPE qalet li kienet f’kuntatt mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar id-direttiva li ħarġet ftit tal-jiem ilu fuq l-edukaturi vulnerabbli. Stqarret li għamlitha ċara lill-Ministeru li mhix beħsiebha tirtira d-direttiva, u għalhekk, l-edukaturi vulnerabbli li huma membri tagħha għandhom jibqgħu jaħdmu mid-dar, u jkunu lesti li jaħdmu online.

L-unjin infurmat lill-membri tagħha li jridu javżaw lill-kapijiet tal-iskejjel fejn jaħdmu bil-vulnerabbiltà tagħhom u bl-intenzjoni li jibqgħu jaħdmu mid-dar.