Il-UPE b’14-il direttiva wara li l-każi attivi qabżu l-1,000

children-going-to-school
Miguela Xuereb

Read in English.

L-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) ħarġet sett ta’ 14-il direttiva għall-għalliema membri tagħha fl-iskejjel tal-gvern u tal-Knisja. Dan hekk kif propju llum il-każi attivi fil-pajjiż qabżu l-1,000. L-union insistiet li l-kundizzjoni tal-coronavirus fil-pajjiż ma tistax tiddeskriviha mod ieħor ħlief li m’għadhiex taħt kontroll.

L-union ordat li b’effett immedjat il-membri tagħha:

  • Li jaħdmu fil-middle schools u skejjel sekondarji m’għandhomx jaċċettaw tibdiliet fit-timetable jew l-iskeda tax-xogħol.
  • Li ma jiġbrux flus f’isem l-iskola.
  • Li ma jużawx l-apparat tekonoloġiku personali tagħhom, bħal laptops, kompjuters, mobiles u kameras, għal raġunijiet ta’ xogħol.
  • Li ma jaċċettawx xogħol li ġie delegat lilhom u li seta’ sar mill-SMT.
  • Li ma jiċċekkjawx il-basktijiet u oġġetti personali tal-istudenti.
  • Li ma tattendux għal laqgħat, appuntament u konferenzi barra mill-iskola.
  • Li ma joqgħodux mat-tfal li jkollhom id-deni jew ikunu ma jifilħux meta dawn jintbagħtu fil-kamra ta’ iżolament.
  • Li ma jiġbrux xogħol ta’ studenti li kien irrappurtat li kellhom id-deni jew kienu ma jifilħux.
  • Li ma jkunux obbligati li jieħdu t-temperaturi u jiċċekkjaw il-maskri fil-bibien tal-iskola.
  • Li ma jingaġġawx f’hybrid teaching, jiġifieri jagħti lezzjoni live waqt li jkun hemm studenti qed isegwu online u oħrajn fiżikament preżenti.
  • Li LSEs m’għandhomx jagħmlu osservazzjonijiet ta’ studenti li jinsabu d-dar ladarba dawn ma jistawx josservaw l-abbiltajiet tal-istudent fiżikament.
  • Li LSEs m’għandhomx jipparteċipaw fl-IEPs u MAPs tal-istudenti li ma jinsabux l-iskola għax dawn ma jistgħux jiġu fiżikament osservati.
  • Li LSEs għandhom jużaw ir-rapporti tal-IEP u MAP tas-sena l-oħra.
  • Għalliema peripatetiċi li qed jaħdmu bħala għalliema tal-klassi għandhom jieqfu milli jissottometti assessments relatati mal-LOFs.