Il-UNHCR jitlob soluzzjoni għall-każ tat-tanker MV Salamis

Il-UNHCR appella għal soluzzjoni pożittiva fil-kwistjoni tat-tanker MV Salamis, fejn abbord hemm 102 immigranti irregolari.

Il-UNHCR qed isostni li r-ritorn tal-immigranti l-Libja m’għandhiex tkun is-soluzzjoni, filwaqt li faħħar id-deċiżjoni tal-Kaptan tal-MV Salamis li ddeċieda li jagħti l-għajnuna lill-immigranti irregolari taħt l-obbligi tal-liġi marittima internazzjonali.  

Il-UNHCR talab għal aktar solidarjeta’ ma’ Malta li tinsab fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea u sostna li trid tinstab soluzzjoni komuni li tiżgura l-aħjar ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem biex sitwazzjonijiet bħal dawn ma jibqgħux iseħħu.