Il-UMASA tikkundanna attakki fuq membru tal-istaff akkademiku

L-Assoċjazzjoni tal-Istaff Akkademiku fl-Università ta’ Malta kkundannat dawk li sejħitilhom attakki kontinwi fuq membru tal-istaff akkademiku. Fi stqarrija huma qalu li d-dibattiti u nuqqas ta’ qbil fil-politika u fl-affarijiet kurrenti m’għandhomx jiddeġeneraw f’attakki malizjużi u diżonesti biex ikissru r-reputazzjoni professjonali tal-istaff akkademiku.

Il-UMASA esprimiet is-solidarjetà u s-sapport tagħha għal kull membru tal-istaff akkademiku li minħabba professjonaliżmu akkademiku jisfa’ attakkat minħabba motivi politiċi jew motivi oħrajn.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Għaqda Studenti tal-Liġi (GĦSL) ħarġet stqarrija mmirata lejn id-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Ivan Mifsud li fil-fehma tagħhom ħadem kontra l-interessi tal-istudenti. Huma qalu li d-Dekan ħadilhom il-vot waqt li ttieħdet id-deċiżjoni fil-Bord tal-Faklultà li xi eżamijiet isiru eżamijiet fid-dar minflok assignment.

L-Università min-naħa tagħha sejħet din l-istqarrija bħala prematura.