Il-UĦM trid kumpens għall-ħaddiema minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil

Il-UĦM Voice of the Workers ħeġġet lill-Gvern biex jikkumpensa lill-ħaddiema, lill-familji u lill-pensjonanti għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti, partikolarment tal-ħalib, tal-ħobż u tal-fjuwils. 

Aqra: Jogħla l-prezz tal-fjuwil minn għada

Hija talbet spjega ta’ kif l-Enemed qed tasal għall-prezz finali għall-konsumatur. Qalet li l-Gvern injora proposta tagħha biex jagħti kumpens għall-għoli tal-ħobż. Insistiet li peress li issa żdiedu l-prezzijiet fuq tliet prodotti bażiċi, il-Gvern għandu jagħti widen lill-familji Maltin li ntlaqtu ħażin minn dawn iż-żidiet.

Aqra: Battibekk bejn il-partiti dwar il-prezz tal-fjuwil

Aqra: Il-GWU titlob lill-gvern jagħti kumpens għall-għoli tal-fjuwil

Żminijietna jifirħu lill-Gvern talli kkontrolla d-distribuzzjoni tal-fjuwil

L-organizzazzjoni xellugija Żminijietna ngħaqdet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-appell tagħhom biex il-Gvern jikkumpensa lill-familji, ħaddiema u pensjonanti. Madankollu, innutat b’sodisfazzjon li l-Gvern żamm kontroll tad-distribuzzjoni tal-fjuwil.