Il-UĦM titlob laqgħa urġenti dwar iż-żieda fil-prezz tal-fuel

Fuel Petrol Station

Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex isejjaħ laqgħa urġenti bl-iskop li ssir diskussjoni serja ta’ kif iż-żieda fil-prezzijiet ta’ numru ta’ kommoditajiet, fosthom il-fuels, qed jaffettwa lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom.

Aqra: Jogħla l-prezz tal-fjuwil minn għada

Dan wara li fl-1 ta’ Awwissu, il-kumpanija Enemed ħabbret li l-prezz tal-fuel se jkun qed jogħla b’ħames ċenteżmi kull litru.

Il-UĦM qalet li kitbet formalment lil John Bencini, iċ-Chairman tal-MCESD, u saħqet sabiex l-MCESD ikun provdut b’tagħrif adekwat dwar kif qed jiġu kkalkulati dawn iż-żidiet. Il-UĦM ħeġġet ukoll lill-Gvern sabiex b’mod immedjat jikkumpensa lill-ħaddiema, lill-familji tagħhom u lill-pensjonanti permezz ta’ mekkaniżmu li jkun miftiehem mal-imsieħba soċjali.

Aqra: Battibekk bejn il-partiti dwar il-prezz tal-fjuwil  

Aqra: Il-GWU titlob lill-gvern jagħti kumpens għall-għoli tal-fjuwil

L-union kompliet tgħid li fil-passat diġà ġiet injorata mill-Gvern wara li kienet ippreżentat proposta sabiex il-ħaddiema, il-familji tagħhom u l-pensjonanti jkunu kkumpensati għall-għoli fil-prezz tal-ħobż. Għaldaqstant qalet li qed tittama li l-istorja ma terġax tirrepeti ruħha għax dan ifisser li l-ħaddiema u l-pensjonanti jispiċċaw jieħdu l-kumpens fil-baġit għall-2021.

Aqra: Il-UĦM trid kumpens għall-ħaddiema minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil