​Il-UĦM titlob ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-UĦM Voice of the Workers qalet li qed titlob ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Sostniet li qed titlob dan għax l-istituzzjonijiet tal-pajjiż mhux qed jerfgħu r-responsabiltajiet tagħhom, u fi kliemha, dan qed iwassal biex il-fiduċja kollettiva ta’ nazzjon qed tixxejjen.
Spjegat kif għalhekk għada se tkun qed tieħu sehem fil-Protesta Nazzjonali għax qalet li fl-aħħar jiem seħħew allegazzjonijiet serji ħafna ta’ korruzzjoni.
Il-unjin qalet li l-qofol ta’ kollox kien meta l-Ħamis li għadda, il-Kummissarju tal-Pulizija naqas milli jaġixxi, kif bid-dmiru kellu jagħmel, fuq avveniment ta’ tħassib.