Il-UĦM tissospendi d-direttivi b’mod immedjat wara laqgħa mal-PM

Waqt laqgħa bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin Voice of the Workers (UĦM) u l-Prim Ministru ġie konkluż li d-deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-Allied Health Professionals se tingħata fl-aħħar ta’ Settembru. Skont stqarrija maħruġa mill-UĦM, saru diversi argumenti miż-żewġ naħat dwar il-kwistjoni u uħud mill-argumenti kienu ta’ natura legali.

Fl-istqarrija ntqal li d-DIER ikkonfermat li għandha 58% tal-ħaddiema bħala Allied Health Professionals. Il-UĦM qalet li apprezzat l-impenn min-naħa tal-Prim Ministru u b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-pazjenti kif ukoll b’sens ta’ rieda tajba, issospendiet id-direttivi kollha b’mod immedjat.

AQRA: Jitħassru operazzjonijiet tal-waiting list; direttivi mill-UĦM

Għal-laqgħa kien hemm preżenti l-Prim Ministru Joseph Muscat, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Marjo Cutajar. Min-naħa tal-UĦM attendew il-Kap Eżekuttiv Josef Vella, l-Assistent Direttur Gian Paul Gauci, u l-Employment Relations Senior Manager Mario Sacco.

AQRA: L-MUMN tiftaħ protest ġudizzjarju kontra l-Gvern minħabba l-UĦM

AQRA: Jinfetħu sejħiet għal ‘allied health professionals’ fil-qasam tas-saħħa