Il-UĦM tiffirma ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Caritas

Il-UĦM Voice of the Workers u l-Caritas iffirmaw ftehim kollettiv li mistenni jservi sal-2020.
Il-UĦM qalet li dan il-ftehim se jwassal għal żieda fil-ħlasijiet lill-ħaddiema tal-istituzzjoni tal-Knisja li taħdem biex tippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem u l-ġustizzja soċjali.
Il-UĦM qalet ukoll li l-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema f’laqgħa li saret ftit ġranet qabel l-iffirmar.
Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm numru ta’ uffiċjali tal-UĦM kif ukoll membri tal-amministrazzjoni tal-Caritas immexxija mid-Direttur Leonid McKay.