Il-UĦM mingħajr tweġiba dwar €400 mingħand min iħaddem

Il-UĦM Voice of the Workers bagħtet komunikat bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER) dwar il-proċess u t-tagħrif abbinat ma’ dawk il-ħaddiema li kienu intitolati għall-paga supplimentari ta’ €800.

Il-UĦM għamlet diversi mistoqsijiet lid-DIER:

  1. Kemm saru talbiet (applikazzjonijiet) mingħand l-employers sabiex ikunu eżentati mit-top-up?
  2. Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati?
  3. L-applikazzjonijiet li ġew approvati, kemm jolqtu ħaddiema?
  4. X’kien il-proċess li addotta d-DIER biex janalizza tali applikazzjonijiet u fuq liema kriterji ġew approvati?

Dawn il-mistoqsijiet saru fid-dawl tal-ilmenti li l-unjinn irċeviet fejn diversi ħaddiema qalu li qed jirċievu biss €800 u mhux jingħataw l-€400 mingħand min iħaddimhom.

Il-Unjin spjegat li dawn il-mistoqsijiet inbagħtu fid-9 ta’ Ġunju 2020 u sal-pubblikazzjoni tal-istqarrija dawn il-mistqosijiet ma kinux imwieġba.

Il-UĦM Voice of the Workers talbet lid-Direttur Ġenerali tad-Dier biex tidentifika mingħand min ġiet id-direzzjoni biex bħala Direttur Ġenerali tirċievi l-applikazzjonijiet ta’ min iħaddem biex jingħataw l-eżenzjoni ta’ €400 bħala żieda tat-€800.