Il-UEFA tinvestiga ġlied f’Seville

Il-klabb ta’ Liverpool ser jivverifika sew il-fatti illi waslulu wara li grupp ta’ partitarji tar-Reds imsejħa Spirit of Shankly qalu illi ma tħallewx jidħlu fir-Ramon Sanchez Pizjuan Stadium ta’ Seville qabel il-partita bejn iż-żewġ timijiet mill-UEFA Champions League. 
Rapport illi wasal għand l-ogħla awtoritajiet ta’ Liverpool kien jgħid illi saħansitra l-pulizija Spanjola refgħet idejha fuq dawn l-istess partitarji. 
Kollox beda meta dawn il-grupp ta’ persuni illi jappoġġjaw lil Liverpool kienu qed iġorru bandiera li ġiet maħsuba illi kellha messaġġ politiku. 
Il-biċċa donnha saħnet mhux ħażin tant illi l-ġlied dam sejjer għal ħafna minuti. 
Liverpool infurmaw l-UEFA dwar dak li ġara u dawn tal-aħħar ser jinvestigaw kollox sabiex tibqa’ mħarsa s-saħħa u s-sigurta’ tal-partitarji waqt logħba futbol.
Liverpool setgħu jiġu biss dro ta’ 3-3 kontra Seville wara li rmew vantaġġ ta’ 3-0 miksub fl-ewwel taqsima.