​Il-UEFA ma taċċettax l-appell ta’ erba’ eks-plejers ta’ Malta

Ġie rifjutat l-appell ta’ erba’ eks-plejers tat-team nazzjonali Malti li kienu ġew sospiżi fuq akkużi ta’ ftehim dwar partiti tal-futbol.
Il-UEFA rrifjutat l-appelli li saru minn Ryan Camenzuli, Llywelyn Cremona, Luke Montebello u Samir Arab meta kienu jiffurmaw parti mit-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.
Flimkien magħhom kien hemm żewġ plejers oħra, Kyle Cesare u Emanuel Briffa, li kienu ngħataw sospensjoni mill-futbol għal ħajjithom. Madankollu għadhom qed jistennew ir-risposta għall-appell tagħhom.
L-allegat tbagħbis fil-logħbiet kien sar f’żewġ partiti li Malta lagħbet kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka sentejn ilu.