Il Segreto mill-bidu nett fuq Rete 4

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Filwaqt li fuq Canale 5 fil-bidu tas-sena se jibdew jixxandru l-aħħar puntati mis-soap opera Spanjola Il Segreto, Mediaset jidher li qed jippjanaw li jkomplu jwasslu din l-istorja popolari billi kuljum fuq Rete 4, mit-Tnejn 4 ta’ Jannar, jerġgħu jibdew ixandru din is-sensiela mill-bidunett, proprju mill-istorja ta’ Pepa u Tristan.

Dment li ma jkunx hemm tibdil fl-iskeda ta’ Rete 4, din is-sensiela mistennija tibda tixxandar mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħin tan-12.30pmm eżatt wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar, u qabel ma tixxandar is-sensiela La Signora In Giallo (Murder, Seh Wrote).

Madanakollu l-puntati se jkunu ta’ madwar 20 minuta, jiġifieri kuljum Rete 4 se jkun qed ixandar nofs episodju.

Il Segreto, li fis-suq internazzjonali tixxandar bl-isem ta’ Old Bridge’s Secret, bdiet tixxandar fi Spanja fi Frar tal-2011 u ntemmet f’Mejju ta’ din is-sena. B’kollox hemm 2324 puntata.