Il Segreto mhux se tkompli tinħadem

Ritratt: ATRESMEDIA CORPORACION DE MEDIOS DE COMUNICACION S.A.

Aħbar xejn sabiħa għas-segwaċi numerużi tas-soap opera Spanjola Il Segreto hekk kif ħarġet l-aħbar li l-istazzjon Antena 3 mhux se jkompli jaħdem din is-sensiela u li d-disa’ staġun li qed jagħmlu bħalissa se jkun l-aħħar wieħed.

B’kollox fi Spanja se jkunu ntwerew aktar minn 2,300 puntata u fl-aħħar xhur is-sensiela tilfet ħafna l-udjenza.

Bħalissa din is-sensiela qed tintwera wkoll fl-Italja permezz tal-istazzjon Canale 5 li jinsab pjuttost wara Spanja fix-xandir ta’ din is-sensiela u għalhekk fadal ftit mhux ħażin qabel ma din is-sensiela tieqaf għal kollox fuq l-istazzjon tal-Mediaset.