Il-Quebec jipprojbixxi l-għata tal-wiċċ fuq tal-linja

Il-provinċja Kanadiża, il-Quebec, għamlitha issa illegali li tilbes għata fuq il-wiċċ.
Il-Parlament tal-provinċja vvota 65 favur u 51 kontra għal dil-liġi li diġà qed titqies kontroversjali.
Dil-liġi tipprojbixxi persuni li jkunu qed jirċievu jew jagħtu servizzi governattivi milli jgħattu wiċċhom, kif ukoll dawk li jużaw it-trasport pubbliku.
Din hija l-ewwel tip ta’ din il-liġi li ġiet introdotta fl-Amerka ta’ Fuq.
Sadanittant, il-mexxej il-ġdid tal-Partit Demokratiku, Jagmeet Singh, qal li ma tistax tikkmanda lil ħaddieħor x’jilbes jew ma jilbisx, u għalhekk di9l-liġi tiddiskrimina.
Mill-banda l-oħra, il-Gvern liberali qal li din ma tapplikax biss għal min jilbes il-burqa jew hijab, iżda anki għal min ikun liebes maskri waqt protesta, u għalhekk hi liġi li tassigura aktar sigurtà.